Barranin
L-Etna mistenni joħloq konsegwenzi kbar anke fuq Malta

L-aktar vulkan viċin tal-gżejjer Maltin qed iċedi – dan qaluh l-esperti fi studju li ppubblikaw fuq Science Advances.

Skont l-esperti, l-Etna riesqa bi 3 ċentimetri fis-sena lejn il-baħar.

Dan il-fenomenu ilu jiġi osservat għal dawn l-aħħar snin bl-esperti jaħsbu li dan kollu qiegħed jiġi kkaġunat mis-saħħa tal-gravità.

Ladarba jċedi l-vulkan, l-esperti qed iwissu se jġib miegħu konsegwenzi kbar mal-madwar fosthom tsunami li jaf jolqot bosta pajjiżi fid-dinja u jipperikola gżejjer żgħar bħal Malta, Lampedusa u Sqallija stess.

Il-vulkan Sqalli huwa wieħed mill-aktar attivi fid-dinja u ilu jinġibed lejn il-baħar għal dawn l-aħħar 30 sena.

L-esperti ma jafux meta l-vulkan se jċedi eventwalment – jaf iċedi fi żmien ftit snin jew eluf ta’ snin oħra.

Intant, ix-xjentisti se jkomplu josservaw iċ-ċaqliq tal-vulkan.

Ara wkoll:

Malta u l-Italja f’ħidma ta’ moniteraġġ għat-terremoti u tsunami fil-Mediterran

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

L-esperjenza tal-Eurovision se tibqa’ f’qalb u f’moħħ Michela. Mal-wasla tagħha f’Malta, Michela tat il-kummenti tagħha lil TVM. Hija ddeskriviet l-esperjenza tagħha bħala sabiħa li minnha tgħallmet u ħadet pjaċir. Qalet…

Eurovision

Malta kklassifikat fit-tmien post fis-semifinali tal-Eurovision li sar nhar il-Ħamis li għadda. Hija kisbet 157 punt. Fis-semifinali ta’ nhar il-Ħamis għaddew l-Olanda (280 punt), it-Tramuntana tal-Maċedonja (239 punt) l-Isveżja (238 punt), l-Isvizzera…

Qorti

Aftab Prince, Pakistani ta’ 37 sena wieġeb mhux ħati għall-akkuża li fit-12 ta’ Mejju li għadda stupra mara Pakistana f’aktar minn okkażjoni waħda. Huwa kien akkużat ukoll li dan wassal…

Kronaka

Katavru ta’ raġel ta’ 67 sena mill-Mosta nstab viċin Kemmuna. Kien ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.50pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar viċin is-Sikka ta’…

Aktar