Lokali
L-EuCheMS b’konferenza f’Malta dwar skart iġġenerat mill-farmaċewtika
L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kimika u x-Xjenza Molekulari l-EuCheMS, qed torganizza konferenza f’Malta bit-tema Mill-Iskart għas-Saħħa – l-Użu tal-Kimika mill-Industrija Farmaċewtika għall-Ekonomija Ċirkulari. Id-Dekan tad-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta l-Professur Emmanuel Sinagra qal li l-EuCheMS torganizza konferenza f’kull pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b’diskussjoni li tista’ tgħin fit-tfassil ta’ policies ġodda għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal li l-iskart perikoluż iġġenerat mill-industrija farmaċewtika jeħtieġ spazju estensiv fejn jintrema’. Sostna li l-unika għażla li għandha Malta biex tiddisponi mill-materjal kimiku huwa li tesportah. Dr Herrera qal li f’każ li riċerkaturi joħorġu b’sistemi innovattivi ta’ kif tiddisponi jew saħansitra tirriċikla skart perikoluż f’riżorsa, Malta tkun qed tikkunsidra tadottax prattiċi ġodda li jkunu vijabbli għall-pajjiż.
L-EuCheMS, li hija vuċi fl-Ewropa għal iktar minn 160,000 spiżjar minn 40 pajjiż, ftit ilu nediet konsultazzjoni pubblika dwar kunċett li juża l-enerġija tax-xemx flok il-gass, iż-żejt u l-faħam għall-produzzjoni sostenibbli tal-kimika.  Dan il-kunċett innovattiv jirriżulta fi tnaqqis tat-tniġġiż tal-arja u jirrendi f’benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi.
Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar