Unjoni Ewropea
L-Ewropa jeħtiġilha toħroġ aktar qawwija minn din il-kriżi

Ittra mill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel
u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen

Fl-1950, l-Ewropa kienet għaddejja minn kriżi. Kienet għadha mifnija mill-effetti tat-Tieni Gwerra Dinjija, sew mil-lat fiżiku u sew minn dak ekonomiku, u l-politika kienet qed tfittex b’liema mod tista’ tiżgura li l-waħx tal-gwerra qatt ma jerġa’ jfeġġ.

F’dak iż-żmien, fid-9 ta’ Mejju, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza Robert Schuman fisser il-viżjoni tiegħu dwar kif l-Ewropa setgħet tilħaq dan l-għan, billi toħloq istituzzjonijiet komuni li l-gwerra jagħmluha mhux biss inkonċepibbli, imma wkoll materjalment impossibbli. Kliemu biddel irrotta tal-istorja u bena l-pedamenti li fuqhom il-ġenerazzjoni tiegħu u dawk ta’ warajha sawru l-Unjoni Ewropea li nafu llum.

Qed infakkru s-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman f’mument ta’ kriżi ieħor għallEwropa. Minn tarf għall-ieħor tal-kontinent tagħna, 100 000 ruħ mietu minħabba l-coronavirus tul dawn l-aħħar xhur. Mijiet ta’ miljuni kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet bla preċedent f’ħajjithom ta’ kuljum, biex irażżnu t-tixrid tal-virus.

Bħala mexxejja tat-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE, ħsibijietna llum imorru l-ewwel lejn dawk kollha li ġarrbu t-telfa ta’ qraba u ħbieb. Nuru l-gratitudni tagħna lejn dawk il-ħaddiema essenzjali li baqgħu jaħdmu matul din il-kriżi. Lejn dawk li qed jitqabdu fl-ewwel linja biex isalvaw ħajjet in-nies, fl-isptarijiet u fid-djar tax-xjuħ tagħna. Iżda wkoll lejn is-sewwieqa tad-distribuzzjoni, il-ħaddiema fil-ħwienet, il-pulizija, u dawk kollha li qed jaħdmu biex il-ħajja ta’ kuljum tibqa’ għaddejja.
Aħna grati wkoll għall-ispirtu ta’ solidarjetà u ta’ responsabbiltà li wrew iċ-ċittadini Ewropej.

Kienu miljuni li, minn jeddhom, qatgħuha li jgħinu b’kull mod li jistgħu tul il-kriżi, billi jagħmlu xxirja għal ġirien anzjani, iħitu maskri protettivi, jewjiġbru l-flus għalmin jinsab fil-bżonn. L-aħjar tal-Ewropa joħroġ meta turi l-umanità u s-solidarjetà tagħha.

L-Ewropa ħadet azzjoni kuraġġuża biex tiżgura li s-suq uniku jista’ jibqa’ jaħdem, b’tali mod li l-provvisti mediċi jistgħu jaslu fejn it-tobba u l-infermiera għandhom bżonnhom, li l-magni tannifs jaslu fejn jistgħu jsalvaw ħajjet in-nies, u li l-ikel u l-provvisti essenzjali jaslu fil-ħwienet tagħna biex l-Ewropej isibuhom fuq l-ixkafef.

Ħadna deċiżjonijiet bla preċedent biex niżguraw li l-gvernijiet nazzjonali jkollhom il-kapaċità fiskali li kienu jeħtieġu biex jindirizzaw il-kriżi immedjata. Ittrasformajna l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilltà f’għodda biex niġġieldu l-COVID-19. Għamilna 100 biljun ewro disponibbli biex l-Ewropej iżommu l-impjiegi tagħhom, billi appoġġjajna sistemi nazzjonali ta’
tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol. U l-Bank Ċentrali Ewropew ta appoġġ bħal qatt qabel biex jiżgura li s-self lill-individwi u lin-negozji jibqa’ għaddej.

Għad għandna wisq aktar x’nagħmlu. Hekk kif l-Istati Membri tagħna, b’mod tentattiv u gradwali, qed jillaxkaw il-lockdowns u r-restrizzjonijiet, l-ewwel prijorità trid tibqa’ li nsalvaw ħajjet in-nies u nipproteġu lill-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna. Jeħtiġilna nibqgħu nagħmlu kulma nistgħu biex insostnu r-riċerka dwar tilqima għall-coronavirus.

Is-suċċess tal-konferenza dinjija ta’ impenji finanzjarji favur ir-rispons għall-coronavirus tal4 ta’ Mejju, li ġġenerat 7.4 biljun ewro u laqqgħet taħt saqaf wieħed organizzazzjonijiet tas- saħħa dinjija biex jaħdmu flimkien fuq tilqimiet, trattamenti u għodod dijanjostiċi, juri b’liema ħeffa d-dinja tista’ tingħaqad f’kawża komuni. Jeħtieġ li din il-mobilizzazzjoni nżommuha ħajja u naraw li d-dinja tibqa’ magħquda kontra l-coronavirus. L-Ewropa tista’ taqdirwol deċiżiv f’dan kollu.

Fl-istess ħin, l-Istati Membri kollha jrid ikollhom l-ispazju fiskali li jeħtieġu biex jaffrontaw lemerġenza medika li qegħdin fiha.
U jeħtieġ li nħejju għall-irkupru. Wara li ffaċċaw il-biża’ li jitilfu ħajjithom, ħafna Ewropej issa qed jibżgħu li jitilfu xogħolhom. Jeħtiġilna nerġgħu nqabbdu l-magna ekonomika tal-Ewropa. Ejja niftakru fl-ispirtu ta’ Robert Schuman u sħabu – spirtu inventiv, kuraġġuż u prammatiku.

Urew li l-ħruġ miż-żminijiet ta’ kriżi kien jirrikjedi ħsieb politiku ġdid li jaqbad rotta differenti minn dik tal-imgħoddi. Jeħtiġilna nagħmlu bħalhom, u nagħrfu li se jkollna bżonn ideat u għodod ġodda biex insostnu l-irkurpu tagħna stess. Jeħtiġilna nagħrfu li l-Ewropa li se toħroġ minn din il-kriżi ma tistax tkun – u mhijiex se tkun – l-istess bħal dik li daħlet fiha.

L-ewwel nett, jeħtiġilna nagħmlu aktar biex intejbu l-ħajja tal-aktar membri foqra vulnerabbli tas-soċjetajiet tagħna. Wisq Ewropej kienu qed isibuha diffiċli jlaħħqu mal-ħajja, diġà qabel ma faqqgħet din il-kriżi. Issa miljuni ta’ nies qed jiffaċċjaw ġejjieni inċert, wara li tilfu x-xogħol jew in-negozju tagħhom. Iż-żgħażagħ u n-nisa huma milquta b’mod partikolari, u għandhom bżonn sostenn konkret u determinat. L-Ewropa jeħtiġilha tkun kuraġġuża u tagħmel kulma tista’ biex tipproteġi l-ħajja u l-għajxien tan-nies, speċjalment fl-inħawi l-aktar milquta mill-kriżi.

L-Unjoni tagħna jeħtiġilha wkoll tkun f’saħħitha u sostenibbli. Tagħlima li nistgħu nieħdu minn din il-kriżi hija dwar kemm huwa importanti li nagħtu widen għal dak li tgħidilna x-xjenza u naġixxu qabel ma jkun tard wisq. Ma nistgħux nipposponu li nindirizzaw it-tibdil fil-klima, u lirkupru tagħna jeħtiġilna nibnuh fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

U jeħtiġilna nkunu eqreb lejn iċ-ċittadini tagħna, hekk li l-Unjoni tagħna tkun aktar trasparenti u demokratika. Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li suppost kellha tiġi varata llum u li qed tiddewwem biss minħabba l-pandemija, sejra tkun essenzjali biex niżviluppaw dawn l-ideat.

Għaddejjin minn żmien ta’ fraġilità temporanja, u biss Unjoni Ewropea qawwija tista’ tipproteġi l-wirt komuni tagħna u l-ekonomiji tal-Istati Membri tagħna. Ilbieraħ fakkarna l-75 anniversarju ta’ tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Jeħtieġ li qatt ma ninsew il-waħx u l-barbariżmu tal-gwerra, u s-sagrifiċċji li saru biex tinġieb fi tmiemha.

Illum, ejjew nirriflettu fuq x’sar immedjatament warajha. Ejjew niftakru fil-ġenerazzjoni tal-ħamsinijiet, li emmnu li Ewropa aħjar u dinja aħjar setgħu jinbnew fuq il-ħerba tal-gwerra – u mbagħad irnexxielhom jibnu dak li emmnu fih. Jekk inħaddnu dawk it-tagħlimiet, jekk nibqgħu magħquda fis-solidarjetà u fil-ħarsiental-valuri tagħna, l-Ewropa tista’ terġa’ toħroġ mill-kriżi aktar qawwija milli kienet qabel.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar