Barranin
L-Ewropa miksija bil-borra, l-Olanda tħassar xi titjiriet

It-temp xitwi laħaq sew iċ-ċentru tal-Ewropa! Il-linja tal-ajru KLM ħassret ‘il fuq minn mija u ħamsin titjira fl-Olanda; borra qawwija fl-Awstrija swiet il-ħajja ta’ mill-anqas tliet persuni fiċ-ċert, hekk kif hemm erba’ oħra rappurtati nieqsa; u kwantità kbira ta’ borra għattiet partijiet mill-istat tal-Bavarja fil-Ġermanja fost tbassir li l-borra se tippersisti. Fl-istess sitwazzjoni partijiet mill-Greċja.

Fl-Olanda, il-linja tal-ajru, KLM, ħassret 159 titjira minn u lejn Amsterdam minħabba l-maltemp. Dan minħabba li r-riħ qawwi illimita l-operat fl-ajruport ta’ Schipol għal runway waħda. Fl-inżul, ajruplani dehru jitbandlu sew kawża tar-riħ qawwi.

Fl-Awstrija, minn tal-anqas tlett persuni tilfu ħajjithom u erbgħa oħra għadhom rappurtati nieqsa, wara li niżlet ħafna borra fi tmiem il-ġimgħa. L-awtoritajiet wissew li se tinżel aktar borra u widdbu b’valangi tas-silġ f’diversi żoni fil-pajjiż. Fin-naħa ta’ fuq tal-Awstrija niżlet mal-metru u nofs borra fi ftit jiem filwaqt li fil-muntanji madwar Salzburg niżlet mat-tliet metri borra. Ħafna toroq spiċċaw imblukkati b’siġar li waqgħu waqt li eluf ta’ djar spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku. Ħafna nies, inkluż turisti spiċċaw maqtugħin fi rħula iżolati u numru ta’ ski resorts kellhom jagħlqu.

Fil-Bavarja r-residenti approfittaw mill-għoljiet li spiċċaw miksija bis-silġ fejn ħadu lit-tfal jiskijjaw minflok fl-iskejjel li baqgħu magħluqin minħbba l-ammont kbir ta’ borra.

Il-maltempati ħallew aktar minn nofs metru ta’ borra f’diversi partijiet fin-naħa t’isfel ta’ dan l-istat li kkaġuna kaos fit-traffiku tant li fl-aħħar jiem tħassru vjaġġi bil-ferroviji u anki titjiriet mill-ajruport ta’ Munich. Hu previst li fis-sigħat li ġejjin se tinżel aktar borra.

Residenti tal-kapitali Griega Ateni stenbħu għal xeni rari tal-belt miksija bil-borra hekk kif il-pajjiż jinsab maħkum minn mewġa ta’ kesħa. Il-borra ksiet bajjiet tar-ramel u umbrella tul il-kosta filwaqt li ħafna skejjel ma fetħux.

Ġie rappurat qtugħ fil-provista tal-elettriku f’diversi reġjuni u t-trasport kemm tal-linja kif ukoll tal-ferroviji tħarbat. Il-kesħa waslet biex ingħalqu wkoll toroq lokali u partijiet mill-highway nazzjonali u dan ħoloq problemi kbar ta’ traffiku.

Fir-reġjun ta’ Florina fin-naħa ta’ fuq tal-Greċja, it-temperatura niżlet għal 23 grad taħt iż-żero filwaqt li f’Ateni t-temperatura niżlet għal grad celcius.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar