Unjoni Ewropea
L-Ewroparlamentari Maltin jivvotaw kontra r-rapport li jsejjaħ għall-armonizzazzjoni tat-taxxa

Il-Parlament Ewropew approva rapport li jsejjaħ għall-armonizzazzjoni tat-taxxa b’vot b’saħħtu b’505 deputati jivvutaw favur, 63 inkluż is-sitt Ewroparlamentari Maltin jivvutaw kontra, u kien hemm 87 membru li astjenew. Minkejja dan, qabel il-vot, il-Kummissarju Ewropew għall-Finanzi u l-Ekonomija, Pierre Moscovici rrikonoxxa li ftit hemm tama li fil-futur qrib l-istess liġijiet fiskali jkunu jgħoddu għall-istati membri kollha. Madanakollu insista li t-trasparenza u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa huma prinċipji li għandhom jgħoddu għal kulħadd. Fl-intervent tiegħu, id-deputat Ewropew Alfred Sant insista li rapport tal-Parlament Ewropew huwa difettuż filwaqt li d-deputat David Casa qal li se jibda jiddefendi s-sistema tat-taxxa ta’ Malta.

Is-sitt deputati Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta ta’ dawk li vvutaw kontra r-rapport tal-Parlament Ewropew li jsejjaħ għall-istess reġim fiskali madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

Fid-dibattitu l-Ewroparlamentari Alfred Sant u David Casa opponew ir-rapport tal-kumitat dwar it-tassazzjoni tal-Parlament Ewropew li fost l-oħrajn jitlob l-armonizzazzjoni – proposta li jekk tiġi approvata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, taffettwa numru ta’ ekonomiji bħall-Irlanda, il-Lussemburgu, Ċipru, l-Olanda u Malta.

Dr Sant qal li r-rapport fih nuqqasijiet fundamentali għax jaċċetta bħala fatt allegazzjonijiet u suspetti mingħajr ma jivverifika l-verità dwar allegazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. Huwa qal li hemm żbilanċ kontra l-istati żgħar tant li l-każ ta’ Pilatus Bank f’Malta ngħata ferm aktar importanza minn dak tad-Deutsche Bank fil-Ġermanja, minkejja li dan huwa ferm aktar inkwetanti.

Alfred Sant qal “obviously the report had to make political considerations into account. here however they have been pushed close to the limit of what I regretfully call Tax Populism. I repeat this report is fundamentally flawed.”

Min-naħa tiegħu, is-Sur Casa qal li ma jista’ qatt jaċċetta proposti li jillimitaw is-sovranità nazzjonali fuq it-tassazzjoni.

David Casa qal “we can never agree to these proposals that have one goal. to restrain our own decisions on our taxation systems. day and night i will fight corruption. but with that same energy i will fight back against proposals with a negative effect on jobs in a number of countries including Malta and Gozo.”

Fl-intervent tiegħu, il-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici qal li l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u favur aktar trasparenza fiskali tgħodd għall-istati membri kollha. Huwa rrikonoxxa l-fatt li mingħajr qbil unanimu fil-Kunsill, bejn is-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea ftit jista’ jsir biex is-sistemi ta’ taxxa jkunu armonizzati.

Pierre Moscovici qal “I have to to be realistic. It will take time to get this proposal adopted unfortunately. we have a duty which is to go from unanimity to qualified majority.. and you need a unanimous vote. and we are far from achieving that.”

Il-Kummisssarju Moscovici innota li s-sovranità dwar it-tassazzjoni tibqa’ punt kuntenzjuż bejn dawk li jridu Ewropew Federali u dawk li mhux lesti jċedu numru ta’ drittijiet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Pierre Portelli dar għall-mezzi soċjali u kiteb li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina akkumpanja lil Manuel Delia l-Qorti fil-każ li għandu kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista. Dalgħodu fil-qorti kompliet il-kawża li…

Infrastruttura

Il-Kamra tal-Periti f’reazzjoni inizjali għal proposti għar-regoli l-ġodda dwar it-twaqqigħ u l-iskavar qalet li dawn mhumiex aċċettabbli u infurmat lil Periti bil-pożizzjoni tagħha biex tittieħed deċiżjoni dwarhom f’laqgħa ġenerali straordinarja…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura s-Sala San Ġorġ Preca, waħda mill-ewwel swali li ġiet irranġata bħala parti mill-istrateġija ta’ għaxar snin għas-saħħa mentali. Minn għada din…

Lokali

Id-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqfet passiġġier li kellu fuqu €34,220 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier kien sejjer l-Amman. Meta kien mistoqsi minn uffiċjal tad-Dwana dwar kemm kellu flus,…

Aktar