Lifestyle
L-Ewropej qed jgħixu ħajja itwal – in-nisa jgħixu aktar

L-Ewropej qed jgħixu ħajja itwal madankollu skont uffiċjali tas-saħħa hemm ċerti riskji, bħal obeżità li qed ikunu ta’ theddida għal ħajja twila.

L-Ewropej żiedu aktar minn sena fuq iż-żmien li jgħixu, minn 76.7 snin fl-2010 għal 77.8 fl-2015.

Riċerka li saret mid-Diviżjoni tal-Informazzjoni, Evidenza, Riċerka u Innovazzjoni tal-WHO turi li fil-pajjiżi kollha Ewropej il-ħajja qed titwal.  Il-Lussemburgu  għandu l-aktar rata ta’ nies li jdumu jgħixu, fl-2015 l-età kienet ta’ 83. Min-naħa l-oħra l-Moldova kienet lanqas pajjiż li n-nies idumu jgħixu, fl-età ta’ 72 sena.

Ir-riċerka turi wkoll li n-nisa jgħixu aktar mill-irġiel, b’medja ta’ 6.6 snin aktar, fejn in-nisa jgħixu medja ta’ 81.2 snin u l-irġiel 76.6.

Minkejja dan ir-riċerkaturi huma mħassba dwar ir-riskji ta’ saħħa li jistgħu jġibu fix-xejn is-suċċess li għamlet l-Ewropa fejn in-nies qed jgħixu aktar. L-obeżità u t-tipjip huma żewġ fatturi li qed jheddu t-tul tal-ħajja. Dan minħabba li għandek rata għolja ta’ konsum tal-alkoħol.

Aktar min-nofs l-Ewropej huma obeżi u kulma jmur qed jiżdiedu n-nies obeżi b’mod partikolari t-tfal. Ir-riċerkaturi jirreferu għar-rapport ieħor tal-WHO u jgħidu li f’pajjiżi bħal Malta, Spanja u l-Italja wieħed minn kull 5 subien huwa obeżi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Franza omm li ħbiet lit-tarbija tagħha f’but ta’ karozza li kien mimli dud għal kważi sentejn intbagħtet ħames snin ħabs, tlieta minnhom sospiżi. Rosa-Maria Da Cruz żammet lil bintha, Séréna…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wasal f’Kalifornja fejn beda jżur il-postijiet milquta mill-agħar nirien fl-istorja ta’ dan l-istat Amerikan. Trump iddeskriva x-xena li ra sa issa bħala waħda ta’ swied…

Kurżitajiet

F’filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jidher liebes żarbuna sewda u oħra kannella. Dan ġara matul konferenza tal-aħbarijiet f’Brussell waqt is-Summit Bilaterali UE…

Barranin

Instab is-sottomarin li sena ilu kien għeb b’44 membru tal-ekwipaġġ abbord. Is-sottomarin, ARA San Juan kien għeb 430 kilometru ‘l barra mill-kosta tal-Arġentina fil-15 ta’ Novembru. In-Navy kienet waqqfet il-missjoni…

Aktar