Lokali
L-ewwel darba li l-elezzjoni tal-gvernijiet lokali qed issir fil-lokalitajiet kollha f’daqqa

Wara 25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, għall-ewwel darba l-elezzjoni tal-gvernijiet lokali qed issir fil-lokalitajiet kollha f’daqqa. Eċċezzjoni hi l-Imdina fejn ir-residenti mhumiex jivvutaw għall-kunsill għax ikkontestaw ħames persuni, daqskemm iridu jiġu eletti kunsilliera. Fil-kumplament: 53 lokalità f’Malta u 14 f’Għawdex iridu jiġu eletti total ta’ 459 kunsillier.

Id-daqs tal-Kunsill ivarja skont il-popolazzjoni. L-akbar Kunsilli bi 13-il membru huma ta’ Birkirkara, il-Mosta, San Pawl il-Baħar u Tas-Sliema. Kunsilli Lokali oħra għandhom 11, 9, 7 jew l-iżgħar b’5 membri.

Qed jikkontestaw 735 kandidat. Il-Partit Laburista għandu 398 kandidat u l-Partit Nazzjonalista għandu 296 kandidat. Il-Partit Demokratiku qed jikkontesta għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet lokali b’7 kandidati u l-Alternattiva Demokratika b’9 kandidati. 25 oħra qed jikkontestaw ma’ partiti oħrajn u indipendenti.

Il-maġġoranza tal-votanti huma Maltin, dawk kollha minn 16-il sena ‘l fuq. Madankollu, ċittadini minn stati membri fl-Unjoni Ewropea reġistrati li joqogħdu f’Malta għandhom dritt li jivvutaw biex jeleġġu l-membri tal-Kunsill Lokali ta’ fejn jgħixu. Minn dawn, fir-reġistru elettorali tal-Kunsilli Lokali hemm kważi 80,000. Aktar minn kwart minnhom – jew 22,800 Ingliżi – segwiti minn 15,300 Taljan.

Il-membri eletti tal-Kunsilli Lokali jkunu magħrufa kollha sa tmiem il-ġimgħa billi l-għadd tal-voti se jitqassam fuq tliet ijiem, nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa, b’terz tal-lokalitajiet kull darba.

 

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar