Budget
L-ewwel €100,000 tal-qligħ minn konvenju se jiġu intaxxati bi 15% flok 35%

L-ewwel €100,000 tal-qligħ jew profitt minn konvenju, tbiegħid minn proprjetà immobbli jew wegħda ta’ enfitewsi, se jiġu intaxxati bir-rata ta’ taxxa ta’ 15%.

Din it-taxxa għandha tinġabar min-nutar bl-istess mod bħat-taxxa miġbura fuq it-trasferimenti tal-propjetà.

Kull profitt iktar mill-valur ta’ €100,000 jibqa’ jiġui intaxxat bir-rata ta’ 35%.