Lokali
L-ewwel Expo f’Malta dwar l-iżvilupp tal-logħob u l-eSports

L-opportunitajiet għal karrieri diġitali fl-esports u videogaming ser jkunu jistgħu jiġu esplorati x-xahar id-dieħel meta f’Ta’ Qali bħala parti mid-Delta Summit ser isiru l-Expo Playcon iddedikata għall-esports u l-iżvilupp tal-videogaming, li se tiddiskuti x-xejriet kurrenti f’dawn in-niċeċ u kif jinkwadraw mal-futur tal-igaming f’Malta.

L-iżvilupp tal-videogames u l-esports fi ħdan l-industrija tal-videogaming qed jikbru b’rata mgħaġġla tant li hu stmat li għexieren ta’ eluf ta’ persuni isegwu dawn it-tournaments online minn madwar id-dinja b’għadd sostanzjali ta’ żgħażagħ anki minn Malta jiiżviluppaw il-karrieri professjonali tagħhom f’dawn in-niċeċ.

Waqt it-tnedija tal-Playcon li se tkun ewwel expo internazzjonali f’Malta ddedikata għall-iżvilupp tal-videogaming u esports, is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri fisser kif l-avveniment jinkwadra fl-istrateġija tal-Gvern għall-iżvilupp ta’ dan is-settur tal-ekonomija.

“F’pajjiżna diġà għandna madwar tnax-il kumpanija li diġà qed joperaw f’din l-industrija tal-videogame development, l-għan tagħna bħala gvern hu li fi żmien għaxar snin l-industrija tippreżenta wieħed fil-mija tal-ekonomija li jiġu kkreati tliet mitt job għal għaxar snin li jkun hemm 3,000 job u eventwalment tkompli tkabbar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ li jkunu jixtiequ jsibu xogħol mal-creative arts”.

Kersten Chircop qal li l-Playcon se jlaqqa’ lill-istakeholders li joperaw f’din l-industrija biex jiddiskutu l-futur tal-iżvilupp tal-videogames u l-esports.

“Min pereżempju jixtieq ikun game developer jew game designer jew anki professional player u għadhom iridu jsiru jafu x’qed jiġri madwarhom u grazzi għal dan l-avveniment , l-objettiv huwa li nuru lil pubbliku dak li qed jiġri madwarhom”.

Il-Playcon se jsir mit-tlieta sas-sitta ta’ Ottubru f’Ta ‘Qali fl-istess żmien tad-Delta Summit, b’eluf mistennija jattendu għall-dawn l-avvenimenti li se jlaqqgħu esponenti internazzjonali u Maltin mill-industrija diġitali f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar