Immigrazzjoni
L-ewwel grupp ta’ immigranti abbord l-Ocean Viking jerħulha lejn Franza

Il-grupp ta’ immigranti li ddaħħlu Malta mill-AFM fit-23 t’Awwissu jinsabu fi triqithom lejn Franza.

Dan wara ftehim ad-hoc bejn il-membri tal-UE li jiġu rilokati fi Franza u l-Ġermanja.

Bil-ftehim milħuq, u peress li ġew interċettati u salvati lil hinn mit-territorju Malti, l-ebda mit-256 immigrant li kienu abbord l-Ocean Viking mhuma se jibqgħu Malta. Dawn se jiġu rilokati kollha lejn sitt membri oħrajn tal-UE.

L-immigranti ġew assistiti mill-awtoritajiet ikkonċernati u uffiċjali mill-Ambaxxata Franċiża f’Malta.