Politika
“L-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant” – Alex Muscat, iwieġeb Edwin Vassallo

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant.

Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, fejn kompla jgħid li jidher biċ-ċar li r-riżultat jixhed li kien hemm vot ta’ fiduċja fil-familja Muscat. Qal ukoll li kwalunkwe Malti li se jikseb siġġu parlamentari jimmerta appoġġ u huwa hekk kif jaħdem il-Partit Laburista.

Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Edwin Vassallo wieġeb li persuna qatt ma tista’ tgħid iva mingħajr ma tara l-affarijiet kif inhuma u l-Gvern ma jistax jikkundizzjona lil kulħadd jgħid iva u jbaxxi rasu.

Ara d-diskussjoni bejn id-deputati hawnhekk:

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Aktar