Barranin
AĠĠORNAT 2: L-uragan Ophelia jħalli 2 persuni mejta fl-Irlanda

L-uragan Ophelia ħalla żewġ persuni mejta meta ħabat b’qawwa kbira fuq l-Irlanda. Mara ta’ 50 sena u raġel ta’ 30 sena kienu l-ewwel vittmi ta’ din il-maltempata kbira bi rwiefen qawwija li kważi jlaħħqu l-175 kilometru fis-siegħa.

L-uragan ħalla wkoll 360,000 residenza u negozji mingħajr provista tal-elettriku, anke t-trasport, speċjalment bil-baħar, twaqqaf għal kollox filwaqt li l-awtoritajiet ħeġġew lil kulħadd jibqa’ ġewwa.

Ophelia qed jitqies bħala l-ikbar maltempata li qatt seħħet fir-Renju Unit fl-aħħar 30 sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-ġeneral Ratko Mladic, li huwa magħruf bħala l-‘biċċier tal-Bożnija’, ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs mit-Tribunal tan-Nazzjonijiet Maqgħuda f’The Hague. Huwa nstab ħati li kien personalment responsabbli u dderieġa wħud mill-agħar…

Barranin, Kurżitajiet

Hemm ċans li minn hawn u ftit tas-snin oħra flok ajruplani kbar, biex insiefru nibdew nużaw mudelli ħafna iżgħar.  Dan għaliex bħalissa qed isiru bosta proġetti minn ditti kbar tal-avjazzjoni…

Barranin

Filmat ippubblikat mill-Ġnus Magħquda juri l-mumenti li suldat tal-Korea ta’ Fuq ipprova jaħrab lejn il-Korea t’Isfel, bis-suldati sħabu pront jisparaw fuqu. Il-Ġnus Magħquda qalet li l-Korea ta’ Fuq kienet ġiet…

Barranin

Il-kumpanija Amerikana Uber ħallset mal-$100,000 biex iżżomm mistur il-fatt li ħħekkjat id-data ta’ madwar 57 miljun account ta’ klijenti u xufiera tagħha.  Fl-2016 jirriżulta li l-Uber kisret il-liġi tal-privatezza ta’…

Aktar