Lokali
AĠĠORNAT (4): Id-distakk bejn il-PL u l-PN jitla’ għal 51,500

Għall-ħabta tal-4.00pm ta’ waranofsinhar id-distakkbejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista kien irrappurtat li huwa 51,500, li jammonta għal differenza ta’ 19.7%.

Sa kmieni waranofsinhar id-distakk kien ta’ madwar 48,000, f’ċifra li ngħatat mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt rally quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

Iktar kmieni mal-jum kien irrappurtat li d-distakk kien ta’ bejn 54,000 u 45,000.

Hekk kif ingħatat l-ewwel aħbar ta’ distakk ta’ 54,000, l-esponent Nazzjonalista Frank Portelli, iddeskriva din l-indikazzjoni tar-riżultat bħala “telfa massiċċa” għall-Partit Nazzjonalista.

Dan mhuwiex riżultat uffiċjali, iżda indikazzjoni mill-kampjuni li nġabru s’issa, kemm mill-wiri tal-voti lill-aġenti wara l-perspex, u kemm mill-voti li qed jiġu scanned.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar