COVID-19
AĠĠORNAT: L-ewwel każ importat f’bosta ġimgħat – kien fuq titjira ta’ ripatrijazzjoni

L-Awtoritajiet tas-Saħħa kkonfermaw l-ewwel każ impurtat ta’ Covid-19 f’bosta ġimgħat.

tvm.com.mt huwa infurmat li dan il-każ huwa ta’ persuna li ġiet lura Malta f’waħda mit-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni li kienu qed isiru. Il-pazjent kellu s-sintomi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li dan il-każ instab minn 981 swab test.

Fl-istess 24 siegħa fieq pazjent ieħor li kellu l-virus b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-Covid-19 f’Malta issa tela’ għal 650.

Sal-lum Malta kellha 672 kaz ta’ coronavirus. Madankollu l-każi li għadhom attiv huma biss 13.

Minn Marzu ‘l hawn saru total ta’ 98,139 swab test.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li kien passiġġier fuq titjira ta’ ripatriazzjoni minn Amsterdam li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Qalet li tavża lill-passiġġieri kollha fuq it-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni biex jagħmlu swab test malli jaslu Malta.

L-Air Malta qalet li t-titjira minn Amsterdam ma kinetx waħda mid-destinazzjonijiet li nfetħu fl-1 ta’ Lulju. Żiedet tgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa bdew jagħmlu contact tracing u li ġew segwiti l-protokolli irrakomandati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u Ewropej fosthom is-sanitizzazzjoni tal-ajruplan.


Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar