Sport
L-ewwel kutrumbajsa b’lura fl-iskatepark ta’ Birżebbuġa

Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta’ Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar.

Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta’ kontroversja minħabba aspetti ta’ sigurtà u l-ilma tax-xita li jinġabar fih, tista’ tgħid li fis-sajf dan il-post ikun mimli kuljum bid-dilettanti li qed jibdew jipprattikaw dan l-isport jew qed itejbu l-ħiliet tagħhom.

Fost dawn hemm Dailin Zammit, li rnexxielu jagħmel l-ewwel kutrumbajsa b’lura (back flip) f’dan l-iskatepark. Din hija ħila li jiksbu atleti professjonali wara żmien twil ta’ taħriġ u ħafna waqgħat!

Iżda Dailin ma jżommx dawn il-ħiliet għalih biss, u spiss issibu jgħallem dak li jaf lit-tfal, li huwa ta’ ispirazzjoni għalihom.

 

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar