Kisbiet
L-ewwel Malti magħżul biex jistudja f’università prestiġjuża f’Firenze

Riċerkaturi Maltin jistgħu jibbenefikaw minn boroż ta’ studju offruti mill-gvern biex iwettqu r-riċerka ta’ dottorat u post-dottorat fil-European University Institute f’Firenze. Ftit tal-jiem ilu, Matthias Ebejer beda l-istudji tiegħu għad-dottorat.

Matthias Ebejer huwa l-ewwel riċerkatur Malti li ntgħażel mill-bord tal-European University Institute f’Firenze għad-dottorat. Huwa bbenefika minn borża ta’ studju offruta mill-Gvern Malti biex fl-erba’ snin li ġejjin iwettaq ir-riċerka tiegħu bit-titlu ‘Spiritwalità fil-Gwerra – il-Kavallieri ta’ Malta 1530 – 1798.

“Għalkemm jiena nagħmel parti mid-Dipartiment tal-Istorja għandek elementi ta’ reliġjożità, allura t-teoloġija, xi ftit filosofija wkoll u ħafna psikoloġija. Għaliex fl-aħħar mill-aħħar dak li qed nipprova nifhem jien huwa x’jimmotiva individwu li jmur jiġġieled bir-riskju li ovvjament dan jista’ jħalli ħajtu.”

Fi żjara li għamel f’din l-istituzzjoni edukattiva, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ħeġġeġ riċerkaturi Maltin biex jibbenefikaw minn boroż ta’ studju biex javvanzaw l-istudji tagħhom fil-European University Insititute.

“Il-ħsieb tagħna bħala gvern hu li mhux biss issa sirna parteċipanti f’din l-avventura ħa ngħidu hekk minn dan l-aspett, imma wkoll li nesploraw ukoll possibilitajiet oħrajn ta’ koperazzjoni.”

Il-President tal-European University Institute, il-Professur Renaud Dehousse qal li sa mit-twaqqif tagħha fl-1972 din l-istituzzjoni kisbet reputazzjoni bħala istituzzjoni akkademika internazzjonali ewlenija. L-erba’ dipartimenti li jiffukaw fuq l-ekonomija, storja u ċivilità, liġi kif ukoll politika u xjenzi soċjali jilqgħu studjużi minn aktar minn sittin pajjiż.

“We very much hope that there would be a strong interest in Malta for what this institute has to offer. It is important to stress also our engage in the logic of networking and corporation with the universities of member countries, and there is room for, not one but, several partnerships with Maltese actors.”

Il-European University Institute hija ffinanzjata min ħlasijiet tas-sħubija tal-pajjiżi u permezz tal-finanzjament tal-Unjoni Ewropea.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar