L-ewwel Maltija sindku fl-Awstralja

Angela Altair emigrat lejn l-Awstralja mal-ġenituri tagħha iktar minn 60 sena ilu meta kienet għadha tifla żgħira u saret l-ewwel Maltija li ġiet eletta sindku f’dan il-kontinent.

Angela Altair twieldet Malta, iżda trabbiet fl-Awstralja wara li fis-snin 50 il-ġenituri tagħha li huma minn San Pawl il-Baħar emigraw lejn l-Awstralja. L-aħħar darba li żaret lil Malta kien 11-il sena ilu. Għalkemm ilha 60 sena nieqsa minn Malta, xorta waħda tipprova titkellem bil-lingwa ta’ art twelidha. Hija qalet li Malta nbidlet bil-kbir.

Is-Sinjura Altair iltaqgħet mas-Segretarju Parlamentrai responsabbli mill-Gvern Lokali, Stefan Buontempo u mas-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Graziella Galea.

Angela Altair kienet sindku għal erba’ snin fil-kunsill ta’ Hobsons Bay li għandha popolazzjoni ta’ 9,000 ruħ u li 5% minnhom huma ta’ nisel Malti.

Minkejja dan iż-żmien kollu tgħix l-Awstralja, is-Sinjura Altair għadha tgħożż lil Malta.

Is-Sinjura Altair qalet li baqgħet sorpriża bil-progress kbir li qed isir f’Malta, speċjalment fid-drittijiet ċivili, kif ukoll dwar is-sehem tan-nisa fil-politika.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Lokali

Aktar minn għaxar kumpaniji Maltin li jipproduċu l-logħob diġitali u mis-settur tal-e-sports qed jirriklamaw is-servizzi tagħhom fl-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sports – f’Gamescom fil-Ġermanja. Din hija t-tieni darba…

Parlament

Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Paul Muscat Terribile, kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-aħbar u sellmu l-memorja tiegħu. Fosthom l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’isem il-Parlament, li fakkar fil-kontribut ta’…

Qorti

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri…

Aktar