Lokali
L-ewwel pass għal aktar servizzi tas-saħħa b’xejn għall-persuni transgender

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar jiem ġie ppubblikat avviż legali li se jkun l-ewwel pass għal aktar servizzi tas-saħħa b’xejn għal persuni transgender.

Waqt seminar organizzat mill-MUMN bit-tema ‘Looking at health through the gender kaleidoscope’ ġie spjegat li permezz tal-avviż legali 44 tal-2018, li qed jemenda l-ħames skeda fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, persuni transgender se jkunu intitolati terapiji relatati mal-identità tal-ġeneru mingħajr ħlas. 

Permezz ta’ dan l-avviż legali ddaħħlet fl-iskema l-kartuna s-safra, il-kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess.

Il-Ministru Chris Fearne żied jgħid li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jniedi dokument dwar servizzi għal kundizzjonijijet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar