Budget2022
L-ewwel reazzjoni tal-PM għar-replika tal-Budget tal-Kap tal-Oppożizzjoni

B’reazzjoni għad-diskors tal-lejla tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qal li d-diskors ta’ Dr Bernard Grech kien negattiv u semma kif żbalja fuq numru ta’ fatti bażiċi.

Il-Prim Ministru qal li għada se jkompli jfisser li bil-budget li tħabbar il-ġimgħa li għaddiet se jkun qed jipprepara lil Malta li verament dan il-pajjiż irid għal uliedna.