L-ewwel tellieqa bit-tkaken mid-Drag Queens f’Ġerusalem

Il-komunità gay f’Ġerusalem iċċelebrat l-ewwel tellieqa tat-tip tagħha li ġabet flimkien parteċipanti minn ambjenti politiċi u kulturali differenti inkluż suldat Iżraeljan.

Fit-tellieqa bit-tkaken mid-Drag Queens ħadu sehem 40 parteċipant li ppruvaw itemmu t-tellieqa mingħajr ma jaqgħu darba.

It-tellieqa kienet organizzata mill-organizazzjoni tal-istudenti LGBT ta’ Ġerusalem.

Minbarra t-tellieqa, l-parteċipanti taw show quddiem folla ta’ madwar 250 spettatur.

L-organizzaturi sabu xi diffikultajiet biex għamlu din l-attività minħabba li diversi għaqdiet reliġjużi oġġezzjonaw għaliha u ppruvaw iwaqqfuha milli ssir.

Parati mill-komunità gay fil-passat f’din il-belt reliġjuża meqjusa sagra għal tliet reliġjonijiet, raw protesti kontra l-gays u anki vjolenza.

Fl-2005 Lhudi ultra-Ortodoss ta b’daqqiet ta’ sikkina u darab tliet parteċipanti.

Fl-aħħar snin iżda, l-parati saru mingħajr oppożizzjoni jew inċidenti ta’ dan it-tip minkejja r-reputazzjoni konservattiva ta’ Ġerusalem.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Aktar