Turiżmu
L-ewwel titjira bejn Malta u Nis fis-Serbja

Ilbieraħ, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ l-ewwel titjira, u passiġġieri, min Nis. B’hekk, issa hemm żewġ konnessjonijiet diretti bejn Malta u s-Serbja.

Fi stqarrija, l-MIA spjega li dawn it-titjiriet se jkunu qed jiġu operati nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa minn Ryanair matul l-iskeda tax-xitwa. Skeda li tagħmilha ideali għal vjaġġaturi prospettivi li qed ifittxu vakanza qasira u ta’ malajr.

Nis hija waħda mill-eqdem bliet fl-Ewropa, u għandha ħafna x’toffri lill-istoriċi u dawk li jħobbu l-arkeoloġija. Minn binjiet tal-Ottomani, sa’ fdalijiet tal-palazz tal-Imperatur Kostantin, Nis għandha storja li tmur lura ħafna snin.

Din il-belt magħrufa wkoll għal banjijiet termiċi, li jinsabu fil-qigħ tal-muntanji Suva Planina. Muntanji, li jipprovdu opportunità ta’ avventura, hekk kif huma famużi għall-paragliding u l-iskiing fiż-żmien tax-xitwa.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar