Eurovision
L-ewwel u l-aħħar kanzunetta huma dawk li l-votant jista’ jibqa’ jiftakar l-aktar – Dr Cremona

Michela se tkun l-ewwel li tkanta fil-finali ta’ għada tal-Eurovision. Dan wara li lbieraħ filgħaxija – b’ħafna terturi u qtigħ il-qalb – isem Malta kien l-aħħar li tħabbar fost l-għaxar kanzunetti li kkwalifikaw mit-tieni semi-finali.

Fl-ewwel reazzjoni, Michela wriet sodisfazzjon u qalet li qatt ma basret li se tara l-ħolma tagħha ssir realtà. L-aħħar darba li Malta għaddiet għall-finali kien fl-2016.

It-tħabbir tal-għaxar kanzunetti għall-finali tal-Eurovision kien test tal-qalb qawwi għal bosta speċjalment għal Michela li bir-reazzjoni ta’ ferħ tagħha kompliet tisraq il-qlub tal-Ewropej u lil hinn wara wirja tajba ħafna tal-kanzunetta Chameleon li biha reġgħet poġġiet lil Malta fil-finali wara nuqqas ta’ żewġ edizzjonijiet.

Dr George Cremona, riċerkatur dwar il-valur edukattiv tal-Eurovison qal li t-talent ta’ Michela ssorprenda lil ħafna osservaturi u ġurnalisti internazzjonali li kkumentaw b’mod pożittiv fuq ir-rebbieħa tal-ewwel X Factor Malta.

“Bdew isemmu fatti li permess tagħhom juru li Michela mhux biss brava imma rridu napprezzaw din il-bravura, eżempju fl-artikli u l-filmati qalu isma’ din 18-il sena kull m’għad għandha, isma’ din minn gżira żgħira, isma’ din qatt ma kienet fuq palk daqshekk kbir.”

Michela ma tantx kellha ċans tiċċelebra li għaddiet għal finali għaliex kmieni l-Ġimgħa filgħodu kellha prova oħra qabel il-prova uffiċjali li matulha se tkun iġġudikata mill-ġurija professjonali għal 50% tal-voti.

Is-Sibt filgħaxija, Michela se tkanta l-ewwel fost 26 kanzunetta. Għal Dr Cremona, statistikament din il-polza ma tantx hi favorevoli għax fl-aħħar 20 sena, ħadd li kanta l-ewwel ma rebaħ iżda hemm min jargumenta mod ieħor.

“Hemm anke argumenti psikoloġiċi li jgħidulek li tara fil-bidu u li tara fl-aħħar aktar ħa tiftakru meta ħa tivvota lejn fl-aħħar.”

Is-Sibt il-finali tal-Eurovision Song Contest se tixxandar dirett fuq Television Malta u tvm.com.mt fid-disgħa ta’ filgħaxija.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Charlene Farrugia mistenni jitressaq il-Qorti llum. TVM jinsab infurmat li huwa se jitressaq b’rabta mal-hold up li seħħ ftit tal-jiem ilu f’ħanut fil-Gżira. Dwar l-akkużi b’rabta…

Aktar