Barranin
L-ewwel vittma tal-vaping f’Illinois

Persuna tilfet ħajjitha wara li żviluppat kumplikazzjonijiet fin-nifs u l-pulmun kawża tal-vaping.

Din hija l-ewwel mewta relatata mal-vaping jew l-użu ta’ sigaretti elettroniċi fl-Istati Uniti.

Skont is-Centers for Disease Control and Prevention (CDC), hemm mal-193 każ simili f’Illinois biss.

Ħafna minn dawn il-każijiet jinvolvu t-tipjip tat-THC li jinsab fil-kannabis.

Il-persuna li tilfet ħajjitha daħlet l-isptar b’urġenza wara l-użu tas-sigarett elettroniku u s-CDC qalet li dan il-każ traġiku jitfa’ dawl fuq il-perikli li jistgħu jwasslu dawn is-sigaretti.

Is-sintomi tal-marda jinkludu sogħla, għejja, nuqqas ta’ nifs, remettar u diarrea. Il-marda fil-pulmun li żviluppaw xi persuni li jpejpu s-sigarett elettroniku għadha misterjuża għall-esperti l-għaliex ftit li xejn għad hemm studju u evidenza dwarha.

Fl-Amerka, żewġ persuni oħra mietu meta sigarett elettroniku sploda f’wiċċhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Barranin

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer. Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru. It-tabib kien…

Barranin

Fil-Messiku, l-esperti tal-forensika rnexxielhom jidentifikaw 44 persuna midfuna f’bir fl-istat ta’ Jalisco. Il-fdalijiet tal-persuni nstabu mqassmin f’119-il borża sewda, bil-maġġoranza tal-iġsma ġew imqatta’ biċċiet. Biex ġew identifikati l-vittmi, l-esperti forensiċi…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump fi stqarrija qal li iben Bin Laden, li kien il-mexxej tal-al-Qa’ida, inqatel f’operazzjoni kontra t-terroriżmu fl-Afghanistan/Pakistan. It-telfa ta’ Hamza bin Laden se xxekkel lill-grupp al-Qa’ida milli…

Aktar