Lokali
Antonio Mizzi jieħu post Franco Debono bħala Kummissarju tal-Liġijiet

L-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi ħa post Franco Debono bħala Kummissarju tal-Liġijiet b’effett mill-1 ta’ Ġunju li għadda. Il-ħatra tħabbret illum fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Ingħad li l-ħatra hija għal perjodu ta’ sena u tista’ jiġġedded.

Intqal li l-Imħallef Mizzi serva estensivament fil-qrati Maltin, kemm bħala maġistrat mill-1987 sal-2013, kif ukoll bhala mħallef mill-2013 sal-2018. Huwa laħaq avukat fl-1979 u segwa l-istudji tiegħu b’postgraduate degree fil-liġi Ewropea fl-1996.

Fl-istess stqarrija l-Gvern irringrazzja lil Franco Debono għall-ħidma tiegħu f’din il-kariga matul is-snin li għaddew.