Barranin
L-ex kap tal-ħabs fi Gwatemala elett president tal-pajjiż

It-Tribunal Elettorali fil-Gwatemala, iddikjara li l-ex kap tal-ħabs Alejandro Giammattei ġie elett president tal-pajjiż. B’95 fil-mija tal-voti mgħaduda, Giammattei li huwa konservattiv kiseb 59% tal-voti filwaqt li r-rival tiegħu miċ-ċentru xellug, Sandra Torres kisbet 41 fil-mija.

Is-Sinjura Torres kienet qed tikkontesta għat-tielet darba filwaqt li għal Giammattei din l-elezzjoni kienet ir-raba’ tentattiv. In-nuqqas ta’ sigurtà, il-qagħad, l-għoli tal-ħajja u l-korruzzjoni huma l-kwistjonijiet li qed iħassbu lill-poplu fil-Gwatemala.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer. Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature…

Barranin

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi. Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk…

Aktar