L-ex manager tal-kampanja presidenzjali ta’ Trump jigdeb lill-aġenti tal-FBI

L-ex manager tal-kampanja presidenzjali tal-president Donald Trump gideb lill-aġenti tal-FBI f’diversi okkażjonijiet minkejja l-ftehim li kellu mal-prosekutur Robert Mueller li mexxa l-investigazzjoni dwar l-allegat indħil tar-Russi biex jinfluwenzaw l-eżitu tar-riżultat fl-2016.

L-imħallef Amy Berman Jackson fis-sentenza tagħha qablet li kien hemm provi li gideb diversi drabi. Manafort kien instab ħati ta’ frodi finanzjarju f’Awissu li għadda bl-akkużi li tressqu kontrih assoċjati mal-rwol ta’ konsulent politiku li kien jassumi fl-Ukrajina.

Huwa kien aċċetta li jikkopera fl-investigazzjoni ma’ Mueller iżda instab ħati li ma kienx qed jgħid il-verita’. L-imħallef iddikjarat li kien gideb dwar kuntatti li kellu ma’ konsulenti politiċi Russi u persuni li jaħdmu mas-servizzi tas-sigurta’ Russi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Franċiż Emmanuel Macron laqa’ lill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f’Pariġi jumejn qabel is-summit Ewropew li mistenni jitlaqqa’ għall-ewwel darba wara l-pandemija fi Brussell. Fuq nett tal-aġenda mistenni jkun hemm…

Barranin

Il-kumpanija tat-tekonoloġija Apple mhux se tkun obbligata li tħallas mat-€13-il biljun f’taxxi b’lura lill-Irlanda wara li rebħet l-appell li fetħet quddiem it-tieni l-għola Qorti fl-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ewropea irrevokat deċiżjoni…

COVID-19

Hong Kong reġa’ daħħal fis-seħħ miżuri stretti biex tinżamm id-distanza soċjali fl-isfond tat-tielet mewġa ta’ coronavirus li qed tinfirex mal-belt. Il-passiġġieri kollha fuq it-trasport pubbliku huma obbligati li jilbsu maskra….

COVID-19

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-pandemija tal-Covid-19 se tkompli tiggrava jekk il-gvernijiet mhux se jieħdu iktar azzjoni deċiżiva f’pajjiżhom biex jikkontrollaw l-imxija. Adhanom…

Aktar