Politika
L-ex Prim Ministru Joseph Muscat jirreaġixxi għal dak li nstema’ waqt il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech

B’reazzjoni għal dak li ntqal illum fil-Qorti, waqt il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, l-ex Prim Ministru qal li jikkonferma li staqsa “on the record” jekk hux qed jigi investigat dwar il-każ.

Qal li l-Pulizija “on the record” ikkonfermaw li mhux u li ġie imsejjaħ minħabba allegazzjonijiet li saru fi statement li ngħata.

Qal li jinsab infurmat li twissija tingħata bħala prassi fi proċedura bħal din u li wieġeb għall-mistoqsijiet kollha li saru mill-Pulizija, fejn kien hemm fatti ċari li jmeru l-kontenut tal-istatement li ngħata.

Dan kollu jista’ jiġi vverifikat indipendentement minħabba li l-konversazzjoni ġiet irrekordjata mill-Pulizija, stqarr Dr Muscat.