Settur Marittimu
L-eżamijiet għal-liċenzja nawtika ser jibdew isiru mill-uffiċini ta’ Transport Malta

Trasport Malta ħabbret li b’effett immedjat, l-eżamijiet tal-liċenzja nawtika ser jibdew isiru mill-uffiċini ta’ Transport Malta. Dan hekk kif l-Awtorità se tkun qed tassumi l-irwol ta’ ċentru tal-eżamijiet u b’hekk ser tkun qed tamministra l-proċeduri amministrattivi kollha.

Fi stqarrija Transport Malta filwaqt li rringrazzjat lill-MCAST tas-servizz tagħhom tul dawn l-aħħar snin, informat lill-pubbliku li l-MCAST mhux ser tibqa’ taċċetta dawn l-applikazzjonijiet.

Iċ-ċentri ta’ taħriġ jew individwi li jridu japplikaw għal dan l-eżami għandhom jagħmlu dan billi jissottometu l-applikazzjonijiet lid-Dipartiment tal-Ports Commercial fl-uffiċini ta’ Ħal Lija.

Dan id-dipartiment diġà kien joħroġ il-liċenzja, iżda żdiditlu r-responsabbiltà tal-koordinament amministrattiv tal-eżamijiet bħall-iskeda tal-eżamijiet u oħrajn.

Il-post prinċipali fejn ser jibdew isiru dawn l-eżamijiet ser ikun fl-uffiċini ta’ Transport Malta f’Ħal Lija. Mhux ser ikun hemm l-ebda bidla fl-eżaminaturi, il-miżata tal-applikazzjoni jew fl-eżami nnifsu.

Fil-jiem li ġejjin Transport Malta ser tkun qed tikkomunika mal-pubbliku l-proċeduri tal-applikazzjoni ġodda u simplifikati.

Għal aktar informazzjoni għamlu kuntatt mad-Dipartiment tal-Ports Commercial fuq [email protected] jew ċemplu fuq wieħed minn dawn in-numri: 2555 5000 / 2122 2203

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar