Edukazzjoni
L-eżamijiet tal-MATSEC se jsiru dax-xahar b’miżuri għall-Covid-19

L-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC se jsiru iktar tard dan ix-xahar skont linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jilqgħu għall-imxija tal-Covid-19.

Dan qalu kelliem għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, wara laqgħat li l-Ministru Owen Bonnici kellu m’għaqdiet tal-istudenti dwar dawn l-eżamijiet dalgħodu.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali l-Ministru Bonnici qal li kellu laqgħa pożittiva ma’ rappreżentanti tal-KNZ, KSJC, KSM, KSU, Pulse u SDM dwar is-sessjonijiet tas-SEC u l-MATSEC, li matulha wieġeb il-mistoqsijiet tal-istudenti.

F’kummenti li ta lil TVM, il-President tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), Matthew Xuereb, qal li fost l-iktar mistoqsijiet li kellhom l-istudenti, hemm dik dwar il-possibiltà ta’ arranġamenti għal studenti li se jinzertaw fi kwarantina meta jsir l-eżami. Dawn intqal li għadhom iridu jiġu kkomunikati.

Saru mistoqsijiet ukoll dwar il-possibiltà li l-eżamijiet isiru fuq l-internet, iżda l-għaqdiet ġew infurmati li dan mhuwiex possibbli, u li l-eżamijiet nazzjonali s’issa ma jsirux online, lanqas f’pajjiżi oħra.

Il-linji gwida li se jiġu osservati waqt l-eżamijiet jinkludu t-teħid tat-temperatura lill-istudenti li jidħlu fl-iskola, l-ilbies tal-maskra sakemm jidħlu fil-klassi, li imbagħad jistgħu jneħħuha waqt l-eżami, u li tinżamm distanza bejn skrivanija u oħra.

Tista’ tara l-linji gwida hawn

Aħbarijiet Oħra

Heritage Malta ħabbret li se tkun qed tiftaħ għadd ta’ siti mix-xahar li ġej. Fi stqarrija l-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, qal li l-aġenzija qed toħroġ b’inizzjattivi varji…

Raġel Franċiż ta’ 23 sena li joqgħod is-Swieqi weġġa’ serjament wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu waqa’ f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Santu Wistin għall-ħabta tal-4.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Aktar