Lokali
L-eżerċizzju u l-attivitajiet jgħinu lill-anzjani biex ikunu aktar kuntenti

Wara li studju kkonferma li anzjani li jinżammu attivi huma ferm iktar sereni u kuntenti minn dawk li ma jagħmlu xejn, id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva se jimbarka fuq programm ta’ attivitajiet fid-djar residenzjali kollha. Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva Patrick Vella qal li l-programm se jitwettaq bis-sehem tal-carers li jaħdmu fid-djar li ngħataw taħriġ apposta.

Wara studju li fl-2017 fost l-anzjani fi djar residenzjali tħejja programm ta’ attivitajiet biex l-anzjani jimlew il-ġurnata u jegħlbu l-problema tas-solitudni. Dan għaliex l-istudju wera li l-anzjani li huma impenjati f’xi attività jgħixu ħajja aktar kuntenta mill-anzjani li ma jagħmlu xejn tul ġurnata sħiħa.

Patrick Vella, id-Direttur tal-Anzjanità Attiva qal li għalhekk bl-appoġġ tal-carers li ngħataw ukoll taħriġ tħejja porgramm varjat ta’ attivitajiet varji se jsiru fid-djar residenzjali kollha.

Cecilia Attard, li tqatta’ ħin mal-anzjani biex tgħallimhom jagħmlu xogħol tal-id għal mgħoddija taz-zmien, qalet li tara ħafna titjib fl-anzjani li jżommu ruħhom attivi.

Cecilia qalet “meta jibqgħu attivi ma jibqgħux jaħsbu f’li għandhom għax meta tikkonċentra fuq oġġett tikkonċentra fuq li għandek u ttajjar il-problemi li kellek qabel”.

Anzjani stess stqarrew li ma kinitx faċli biex jadattaw mill-ħajja tad-dar għall-ħajja fid-dar residenzjali, imma attivitajiet bħal dawn jgħinuhom jimlew il-ġurnata.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis saħaq li d-djar residenzjali tal-anzjani m’għandhomx ikunu post fejn bħal donnu jiġu pparkjati l-anzjani. Qal li dawn id-djar għandhom ikunu verament djar li fihom l-anzjani jħossuhom qed jgħixu id-dinjità tagħhom f’ambjent li jixirqilhom ħabbar li l-MCAST qed iħejji biex jibda jagħti korsijiet dwar l-anzjanità attiva.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-fatt bejn l-2014 u l-2017,30,000 tfal immigranti intilfu waqt il-vjaġġ tagħhom ifisser falliment tas-sistema. F’konferenza f’Malta organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid…

Lokali

Il-Bank of Valletta qal li s-servizz mill-fergħat tal-bank ta’ ħlasijiet lil terzi pajjiżi barra ż-żona Ewro se jerġa’ lura għan-normal min-nhar it-Tnejn li ġej. Dan is-servizz kien għadu sospiż wara is-cyber…

Lokali

Żewġ Maltin li jinsabu f’Tokyo kellhom sorpriża ħelwa li ħadd ma kien joħlomha. Waqt li kienu f’Tokyo, il-Maltin iltaqgħu ma’ żagħżugħ Ġappuniż li mhux talli jaf xi kelma ‘l hemm u…

Qorti

Bulgaru li jgħix San Pawl il-Bahar żgiċċa l-proċċeduri kontrih wara żball proċedurali għaliex id-dati tal-akkużi ma tniżżlux sew. Simeon Nikolaw Darakhiev kien akkużat b’hit and run fuq karozza fil-Qawra. Wara…

Aktar