Lokali
L-FATF tivvota biex Malta titpoġġa fil-lista l-griża – rapporti

Il-Financial Action Task Force, l-FATF, ivvutat biex Malta titpoġġa fuq il-lista l-griża.

Dan qed ikun irrappurtat f’diversi mezzi tax-xandir li qed jikkwotaw l-eżitu ta’ laqgħa li saret illum waranofsinhar. Minbarra Malta, il-membri tal-FATF jidher li vvotaw biex anke r-Rumanija titpoġġa fuq il-lista l-griża.

Mir-rapporti jidher li l-Istati Uniti vvutaw kontra Malta waqt is-sessjoni tal-lum. Iżda l-vot ittieħed b’mod sigriet u d-deċiżjoni tal-FATF għadha mhix uffiċjali.

L-FATF hija l-entità li tara li l-pajjiżi jkunu qed jirrispettaw ir-regoli marbuta mal-ħasil ta’ flus. Fl-aħħar xhur, Malta implimentat diversi liġijiet u daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri biex tindirizza dan il-qasam.

Il-PM: minkejja r-riżultat inġust ma’ Malta… jikber fija s-sens ta’ determinazzjoni li naħdem iktar bil-qalb quddiem din l-isfida

Il-Kap tal-PN jgħid li d-deċiżjoni tal-FATF hija kastig fuq il-poplu Malti kollu