Barranin
L-FBI bi provi li t-terroristi ta’ 9/11 tħaddtu ma’ Sawditi fl-Amerka

L-FBI qalet li qabel ġew attakkati t-Twin Towers fi New York fil-11 ta’ Settembru tal-2001, żewġ terroristi li wettqu l-attakk kellhom kuntatt ma’ Sawditi fl-Amerka. Madankollu, skont l-FBI, ma kien hemm ebda rabta bejn il-Gvern Sawdit u l-attakki ta’ 9/11.

L-FBI żvelat dan f’dokument ta’ 16-il paġna li tfassal fl-2016 u li ġie ppubblikat fl-aħħar 24 siegħa, 20 sena mindu seħħew l-attakki fi New York. Dokument, li ġie ppubblikat fuq talba tal-President Amerikan, Joe Biden.

Click to access release-of-fbi-electronic-communication-dated-april-4-2016.pdf

L-Ambaxxata Sawdita f’Washington ma kellha ebda oġġezzjoni li jiġi ppubblikat dan ir-rapport. Madankollu, ċaħdet kull akkuża fil-konfront tal-Arabja Sawdija dwar kompliċità fl-attakki tal-11 ta’ Settembru.

15 mid-19-il terrorist li wettqu l-attakki tal-11 ta’ Settembru huma Sawditi.