Barranin
L-FBI b’rejds fi proprjetà ta’ biljunarju Russu li qed ikun investigat fl-Istati Uniti

L-aġenti tal-FBI wettqu rejds estensivi fi propjetajiet konnessi mal-biljunarju Russu, Oleg Deripaska.

Deripaska, li għandu rabtiet qawwija mal-President Vladimir Putin, kien tqiegħed taħt sanzjonijiet Amerikani fl-2018.

Ritratti wrew lill-aġenti iġorru l-kaxex mid-dar tiegħu li tinsab f’Washington DC bi tfittxijiet li wkoll qed isiru fi propjetà tiegħu fi New York. L-FBI qed jagħmlu tfittxijiet f’żewġ proprjetajiet ta’ qraba ta’ Deripaska.

S’issa għadha ma ngħatatx raġuni speċifika għaliex qed isiru dawn ir-rejds.

Deripaska kien waqqaf il-grupp industrijali Basic Element fl-1997 u din hija waħda mill-ikbar kumpaniji Russi.