Sigurtà
L-FIAU b’45 rapport lill-Pulizija għal iktar investigazzjoni dwar suspetti ta’ reati

Matul is-sena li għaddiet il-Financial Intelligence Aanalysis Unit, l-FIAU ippreżentat lill-Pulizija 45 rapport dettaljat għal iktar investigazzjoni minħabba suspett ta’ reati.

Fir-rapport annwali li tqiegħed fuq il-mejda tal-Parlament, ġie żvelat li fl-2018 l-FIAU rċeviet rekord ta’ kważi elf u seba’ mitt (1,679) rapport, l-aktar minn banek u istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar tranżazzjonijiet finanzjarju suspettuż.

Fl-2018, is-sezzjoni tal-analiżi finanzjarja tal-FIAU rċeviet rekord ta’ 1,679 tranżazzjoni suspettuża ta’ flus, żieda ta’ 116% meta mqabbel mal-2017. Dawn it-tranżazzjonijiet kienu jinvolvu 2,703 persuna li 70% ma kienux Maltin.

Id-Direttur tal-FIAU, Kenneth Farrugia qal fir-rapport annwali li l-FIAU xora hija tal-fehma li Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji mhix f’riskju.

Kważi terz ta’ tranżazzjonijiet suspettużi (573 from 1679) tressqu mis-sitt banek ewlenin Maltin waqt li l-FIAU innota żieda fir-rapporti li ressqu istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji tar-remote gaming.

L-FIAU, li s-sena li għaddiet saħħet ir-riżorsi umani b’żieda ta’ 8 uffiċċji għal total ta 43 impjegat, għamlet aktar minn għaxart elef (10,196) talba għal informazzjoni lil kważi sitt mitt (576) entità fosthom aġenziji simili barranin, lill-Pulizija u dipartimenti tal-Gvern. L-iżjed talbiet saru lill-awtoritajiet fl-Italja (38) u r-Renju Unit (34) waqt li barra mill-Unjoni Ewropea, l-FIAU għamlet 12-il talba għall-informazzjoni lill-awtoritajiet fl-Emirati Għarab Magħquda.

Mill-elfejn u mitejn każ li investigat fl-2018, li wħud minnhom inbdew is-sena ta’ qabel, l-FIAU kkonkludiet 41%. L-FIAU għaddiet 45 każ lill-Pulizija għal iktar investigazzjoni wara li rriżultalha li hemm suspetti raġjonevoli ta’ reat. Disgħa minnhom kienu dwar frodi u erbgħa dwar allegat korruzzjoni jew tixħim.

Minbarra dan, għaddiet 34 rapport ieħor lill-Pulizija wara li rċeviet informazzjoni li l-aġenzija kkonkludiet li tista’ tkun rilevanti għall-Pulizija f’investigazzjonijiet oħrajn.

Fir-rapport intqal li l-2018 kienet sena ta’ trasformazzjoni għal FIAU b’numru kbir ta’ inizjattivi għat-tisħiħ u l-infurzar tar-regolamenti. L-akbar bidliet seħħew fis-sezzjoni tal-konformità fejn daħal fis-seħħ pjan t’azzjoni ta’ 140 punt li mar lil hinn mir-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet regolatorji Ewropej.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront tal-Perit Anthony Mangion ta’ 72 sena, il-Perit Roderick Camilleri ta’ 36 sena, Ludvic Dimech ta’ 36 sena u Nicholas Spiteri ta’…

Kunsilli Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Qala, ippreżenta żewġ rikorsi biex jiġu revokati permessi fil-lokal. Fi stqarrija, il-Kunsill qal li qħalkemm parti mis-siti ta’ dawn iż-żewġ permessi tinsab barra mill-iskema tal-iżvilupp (ODZ) dawn ġew…

Lokali

Mibnija f’waħda mit-toroq arterjali l-knisja ta’ San Ġużepp f’Santa Venera li għandha rabta mill-qrib ma’ San Ġorġ Preca għadha kif għaddiet minn programm ta’ restawr tal-faċċata u l-kampnar li sar…

Aktar