Ekonomija u Finanzi
AĠĠORNAT: L-FIAU u l-MFSA iwieġbu dwar ir-rapport tal-Moneyval

L-għada tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Moneyval, l-aġenzija FIAU qalet fi stqarrija li 90 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport diġà ġew implimentati bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni miftiehem mal-European Banking Union. Qalet li dawn twettqu sa Marzu li għadda, wara ż-żjara tal-missjoni tal-Moneyval f’Malta.

Fl-istqarrija l-FIAU qalet li r-rapport Moneyval innota korrettment l-operat tagħha fl-investigazzjoni dwar suspetti ta’ ħasil ta’ flus, fosthom is-superviżjoni u l-koperazzjoni ma’ entitajiet internazzjonali.

L-FIAU qalet li r-rapport ikkonferma li l-uffiċjali tagħha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod oġġettiv u mingħajr indħil. L-aġenzija ta’ kontra l-ħasil tal-flus żiedet tgħid li r-rakkomandazzjoni fir-rapport tal-Moneyval jinkwadraw fil-prijoritajiet tagħha u diġà ġew innutati, kemm mill-Moneyval stess u anke fil-Kummissjoni Ewropea.

Id-direttur tal-FIAU, Kenneth Farrugia, laqa’ l-evalwazzjoni li saret mill-Moneyval tal-operat tal-aġenzija, u qal li waqt li japprezza l-kummenti pożittivi, wiegħed li l-FIAU ser tkompli taħdem ma’ entitajiet internazzjonali biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Fl-aħħarnett, l-FIAU qalet li hija impenjata li tkompli twettaq ir-rakkomandazzjonijiet.

Anke l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, fi stqarrija dettaljata spjegat il-passi li ħadet biex in-nuqqasijiet li ssemmew fir-rapport tal-Moneyval jiġu indirizzati fosthom bit-tisħiħ tar-riżorsi umani, inkluż esperti barranin fit-taqsima ta’ superviżjoni, kif ukoll biż-żieda bis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji b’enfasi li ma jsirux reati finanzjarji.

Ara wkoll:

Il-Gvern jgħid li jinsab determinat li jieħu azzjoni kontra attivitajiet relatati ma’ ħasil ta’ flus

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar