Qorti
L-FKNK bi protest ġudizzjarju kontra Birdlife Malta

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti ressqet protest ġudizzjarju kontra Birdlife Malta.

Quddiem il-binja tal-Qorti, il-President tal-FKNK Joseph Perici Calascione, spjega li dan qed isir biex il-Birdlife ma tibqax għaddejja b’azzjonijiet li ddeskriviethom bħala inġusti fil-konfront tal-membri tal-Federazzjoni. Huwa rrefera għal kwerela li ppreżentat il-Birdlife biex jiġu rtirati l-liċenzji tal-kaċċa kollha maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex għall-istaġun tas-summien għax qed tgħid li ma kellux saħħa legali jagħmel dan. Il-President Perici Calascione wera l-apprezzament li l-Pulizija ma ħaditx passi għax ma ratx li jittieħdu passi kontra l-kaċċaturi.
Is-Sur Perici Calascione m’eskludiex passi legali ulterjali fil-konfront tal-Kap Eżekekuttiv Mark Sultana, il-President Darryl Grima u l-Birdlife Malta minħabba dak li ddeskriviet bħala rapport falz li għamlu kontra 6,000 kaċċatur.