Lokali
L-FKNK tgħid li daqt jingħata l-verdett fuq l-insib tal-għasafar tal-għana

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjoni (FKNK) qalet li l-verdett dwar l-insib tal-għasafar ta’ Malta se jingħata minn hawn u xahar ieħor.

L-FKNK qalet li s-sorsi tagħha minn Brussell ikkonfermaw li fil-21 ta’ Ġunju il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) se tagħti l-verdett fil-Kawża li l-Kummissjoni Ewropea fetħet kontra Malta fir-rigward tal-Insib tal-Għasafar tal-Għana.

Il-FKNK qalet li qed tistenna bil-ħerqa s-sentenza tal-Qorti li se ttaffi t-tbatija u t-tensjoni li ilhom isofru n-nassaba Maltin u l-familji tagħhom mill-2009.