NGOs
L-FKNK tgħid li mhux minnu li trid li jitneħħa d-dritt tar-referendum

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti fi stqarrija qalet li hi mhuwiex minnu li sejħet għat-tneħħija tad-dritt tar-referendum, iżda għal tibdil adekwat fil-liġi rispettiva.

L-FKNK għamlet dan b’reazzjoni għal dak li qalet l-għaqda Birdlife Malta lbieraħ, fejn qalet li hi u 12-il għaqda oħra huma kontra l-proposta tal-FKNK li jitneħħa d-dritt tar-referendum.

L-FKNK fakkret kif lura fl-2015 sar referendum abrogattiv li rebħitu hi.

Ara wkoll:

Tnax-il għaqda jappoġġjaw lil BirdLife Malta kontra talba tal-kaċċaturi dwar ir-referendum