X

L-FKNK tħeġġeġ lill-kaċċaturi u nassaba joħorġu jivvutaw

Story Published

L-FKNK fi stqarrija ħeġġet lill-kaċċaturi u nassaba u l-familji tagħhom ma jastjenux milli jivvutaw nhar is-Sibt li ġej.

Dan l-għaqda qalitu għaliex temmen li biex jissolvew il-problemi li nħolqu għad-delizzju tal-kaċċa u l-insib malli Malta ssieħbet mal-Unjoni Ewropea, hemm bżonn tingħata fiduċja lil dawk li lesti jaħdmu favur is-salvagwardja tat-tradizzjonijiet soċjo-kulturali tal-kaċċa u l-insib.

L-FKNK qalet li fit-30 t’April 2019, ippubblikat dokument li jelenka dawk il-kandidati li wieġbu kwestjonarju mħejji mill-għaqda fir-rigward tal-kaċċa u l-insib.

Għalhekk, il-FKNK qed tħeġġeġ lill-kaċċaturi, in-nassaba u l-familji tagħhom sabiex jaraw bir-reqqa d-Dokument u jaraw min ħadem u se jibqa’ jaħdem favur l-interessi tal-kaċċaturi u n-nassaba fost dawk li jistgħu jiġu eletti fil-Parlament Ewropew.

Ara d-dokument ippubblikat mill-FKNK hawn