Lokali
L-FKNK tiċħad li l-gamiem meħlus fis-selvaġġ miet

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK ċaħdet li t-tmien gamimiet li ħelset mietu.

L-FKNK irreaġixxiet għal informazzjoni fi kliemha qarrieqa u skorretta dwar proġett tal-FKNK. Proġett ta’ riċerka, li permezz tiegħu mill-2017 l-FKNK bdiet trabbi l-gamiem fil-magħluq u teħles il-frieħ fis-selvaġġ f’okkażjonijiet diversi biex fost l-oħrajn ikun magħruf l-atteġġjament tal-frieħ fil-beraħ.

Il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK, Lino Farrugia qal li l-għaqda tinsab diżgustata dwar rapport li ġie ppubblikat dwar ir-rilaxx riċenti ta’ tmien gamimiet fis-selvaġġ mill-FKNK. Għasafar, li kienu mgħammra b’GPS Satellite Tracking Transmitters.

Fl-istess reazzjoni, l-FKNK qalet fost l-oħrajn li se tieħu l-azzjoni legali kollha meħtieġa biex tissalvagwardja l-interessi tagħha.