Kaċċa u Insib
L-FKNK titlob lill-Gvern ineħħi lil Pauline Miceli u Alison Bezzina

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) talbet uffiċjalment lill-Gvern biex b’mod immedjat ineħħi lill-Kummissarju tat-Tfal Pauline Miceli u lill-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Alison Bezzina.

L-għaqda qalet li t-tnejn li huma esprimew dawk li sejħet “twemmin emozzjonali personali” dwar il-kaċċa fil-kummenti li taw dwar il-kontroversja li nqalgħet wara li l-Bird Life Malta ppubblikat ritratt li fih tgħid li jidher kaċċatur juri tifel kif jikkaċċja.

L-FKNK sostniet li bil-kummenti tagħhom Miceli u Bezzina marru lil hinn mill-karigi tagħhom u staqsiet jekk it-tfal għandhomx ikunu mgħarrfa li ħafna mill-ikel li jieklu jinvolvi l-qtil tal-annimali.

Hija għamlitha ċara li jekk il-Gvern ma jismax minnha u jneħħi lil Miceli u Bezzina se tieħu l-passi legali u anke lesta tipprotesta fit-toroq.

 

Ara wkoll:

Bird Life takkuża lill-lobby tal-kaċċaturi b’ibbuljar u intimidazzjoni