Saħħa
L-għada li tixrob xorta tista’ tinqabad mill-breathalyser

Raqda ta’ ftit sigħat ma tfissirx li l-alkoħol li tkun ikkunsmajt matul il-lejl, jiżvinta sal-għada filgħodu. Ikkonferma riċerka li saret fl-aħħar jiem fuq għadd ta’ studenti tal-Università li l-għada li xorbu, xorta ma għaddewx mit-test tan-nifs.

Riċerka mill-Kunsill għas-Sigurtà tat-Toroq li fl-ewwel ġimgħa mill-ftuħ tal-Università ried jistħarreġ l-effett tal-alkaħol fuq l-istudenti permezz tat-test tan-nifs wera riżultati mill-aktar sorprendenti u inkwetanti. Il-Kap tal-Kunsill Pierre Vella qal li f’madwar 35 każ ta’ studenti li kienu xorbu fil-lejl ta’ qabel instab li l-livell ta’ alkoħol fl-istudenti kien għadu ogħla minn dak permess bil-liġi biex isuqu.

Il-Kap tal-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq, Pierre Vella ”l-iktar każijiet li spikkaw. Waħda waqfet fid-9:15 ta’ bil lejl u oħra fis-1 ta’ filgħodu. It-testijiet saru bejn il-11:30 ta’ filgħodu u l-kwarta jiġifieri qed nitkellmu bejn 10 to 11 hours. Nista’ nassigurak li kien hemm mumenti fejn bdejt nitlob il-breathalyser li ma jibqax ibiddel il-kulur.”

Is-Sur Vella qal li l-istudenti li ħadu sehem fl-istħarriġ minn rajhom stqarrew li kienu diġà marru għal-lezzjonijiet u saħqu li l-aħħar li kienu xorbu kien fil-lejl ta’ qabel. Żied li l-aktar ħaġa pożittiva minn dan l-istħarriġ kien li l-istudenti saru konxji li l-effett tal-alkoħol ma jgħaddix malajr lanqas wara raqda.

Bl-effett tax-xorb huwa wieħed mir-raġunijiet għal bosta inċidenti tat-traffiku, is-sena li għaddiet tnaqqas l-ammont ta’ alkoħol permess fis-sewqan minbarra li daħlet ukoll is-sistema tat-telf ta’ punti fuq il-liċenzja tas-sewqan għal minn jinqabad isuq taħt l-effett tal-alkaħol.

Is-Sur Vella qal li f’pajjiżi oħra, fosthom il-Kanada, isiru testijiet tan-nifs anke filgħodu meta n-nies ikunu sejrin għax-xogħol.

”Ix-xogħol ilaqqana ma’ ċirkostanzi, meta nies ikunu fuq il-post tax-xogħol forsi jkollhom inċident intortament matul il-ġurnata, isirilhom breathalyser test mill-istess awtortajiet u jimmarka. Jgħidulek jien waqaft nixrob ilbieraħ filgħaxija, qiegħed fuq il-post tax-xogħol tiegħu, jaħdem, luċidu. Imma x-xorb hu xi ħaġa qed iddur ġo fina u mingħajr ma nkunu nafu in a fraction of a second jista’ jkollok inċident ukoll” qal is-Sur Vella.

Is-Sur Vella kompla jappella biex minn jixrob ma jsuqx.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar