Barranin
L-għadam la hu ta’ Emanuela u lanqas ta’ Mirella – mela ta’ min hu?

L-għadam li nstab fin-Nunzjatura Apostolika tal-Vatikan f’Ruma mhux ta’ Emanuela Orlandi jew ta’ Mirella Gregori.

Mill-ewwel analiżi xjentifika li saret fuq l-għadam, ġiet eskluża t-teżi li seta’ kien ta’ xi waħda mit-tfajliet li kienu sparixxew misterjożament fl-1983.  Minflok, skont il-Pulizija Taljana l-għadem huma ta’ raġel u ilhom hemm qabel l-1964.

Is-sejba tal-għadam saret f’Ottubru li għadda u għall-ewwel kien maħsub li seta’ kien ta’ xi waħda miż-żewġ tfajliet, li waħda minnhom kellha missierha jaħdem fin-Nunzjatura fi żmien li sparixxew Emanuela u Mirella.

Ara wkoll:

Jinstabu fdalijiet umani f’Ambaxxata tal-Vatikan f’Ruma