Barranin
L-għadd ta’ mwiet bil-COVID-19 fil-Brażil jaqbeż in-nofs miljun ruħ

Fil-Brażil, l-għadd ta’ mwiet kawża tal-pandemija Covid-19 qabeż in-nofs miljun ruħ. Din hija t-tieni l-ogħla rata ta’ mwiet fid-dinja.

L-esperti qed iwissu li l-imxija tista’ tmur għall-agħar minħabba li waqt li l-għoti tal-vaċċin miexi bil-mod, il-pajjiż daqt jidħol fl-istaġun xitwi.

S’issa 15% tal-populazzjoni adulta tlaqqmet kompletament. Minkejja, din il-qagħda allarmanti, il-President Brażiljan, Jair Bolsonaro qed jirrifjuta li jdaħħal il-miżuri bħad-distanza soċjali.

Dan wassal biex il-President Brażiljan ikun ikkritikat talli mhux jimplimenta miżuri biex jikkontrolla l-imxija. Huwa wkoll wera li hu xettiku dwar il-vaċċin.

Min-naħa tagħha, l-Oppożizzjoni akkużatu li dam biex xtara l-vaċċin minħabba raġunijiet politiċi.