Elezzjoni
L-għadd tal-voti għall-ewwel darba bl-iscanners… x’se jiġri llum?

Il-proċess tal-għadd tal-voti llum qed jara tibdil ġmielu, hekk kif għall-ewwel darba l-voti se jingħaddu bi scanners apposta.

Il-kaxxi bil-voti li mal-lejl twasslu fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar ittieħdu ħdejn l-imwejjed rispettivi tagħhom. L-imwejjed huma maqsuma skont id-distretti.

L-għadd jibda meta l-kaxxi jkunu nfetħu kollha u l-voti tpoġġew wiċċhom ‘l isfel. Dan il-proċess ħa iktar milli mistenni, u għalhekk il-kxif tal-voti ttardja mill-ħin skedat tas-7.00 b’madwar siegħa u nofs.

Il-voti jibdew jinkixfu wieħed wieħed, u jiġu murija lill-aġenti ta’ wara l-perspex. Il-voti jitpoġġew f’kaxxi apposta biex imorru għall-iscanning. Il-voti invalidi jiġu mmarkati b’timbru.

Il-voti kollha jiġu scanned, u awtomatikament is-sistema twarrab dawk dubjużi jew invalidi. Il-voti dubjużi jmorru għand bord ta’ aġġudikaturi, li jekk ma jaqblux bejniethom, jgħaddu l-vot lill-Kummissjoni Elettorali li tagħti deċiżjoni finali.

Il-voti kollha li jiġu scanned jintwerew fuq 78 monitor li hawn imqassma tul is-sala tal-għadd tal-voti. Il-monitor juri l-vot oriġinali u l-interpretazzjoni tiegħu skont kif tkun qratu l-magna. Malta hija l-uniku pajjiż li qed turi l-voti kollha fuq il-monitors, u mhux biss kampjuni.

Finalment jitla’ t-total ta’ kull kaxxa fuq il-monitors. F’temp ta’ tliet minuti s-sistemi tkun għaddet l-ewwel u t-tieni preferenzi u għalhekk tagħti riżultat ta’ min ġie elett.

Il-partiti se jkollhom aċċess ta’ 4 sigħat għas-sistema biex jevalwaw ir-riżultat. Ir-riżultat uffiċjali mill-Kummissjoni Elettorali ma jistax jinħareġ qabel il-11.00pm.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Isem Jan Mølby hu assoċjat mat-tim tal-futbol ta’ Liverpool. F’karriera ta’ tnax-il sena ma’ dan it-tim, Jan Mølby skorja 62 darba, b’żewġ terzi tal-goals minn penalty. Illum wasal Malta biex…

Infrastruttura

Manager f’sit tal-kostruzzjoni li tkellem ma’ TVM wera tħassib li minkejja l-esperjenza twila li għandu f’siti tal-kostruzzjoni, bir-regolamenti l-ġodda tal-bini u l-iskavar jista’ jitlef ħobżu. Aaron Chetcuti, li ilu sentejn…

Politika

Il-lejl li għadda d-Deputati tal-Partit Nazzjonalisti żammew fommhom sieket fuq l-għatba tad-Dar Ċentrali fi tmiem l-laqgħa tal-grupp Parlamentari. Uħud iżda dehru aktar lesti li jitkellmu dwar dak li għaddej fil-partit…

Aktar