Edukazzjoni
L-għalliema issa jistgħu jsegwu korsijiet fuq l-internet

L-istitut tal-edukazzjoni li jħarreġ u jaġġorna l-ħiliet tal-għalliema u l-edukaturi nieda pjattaforma online biex ikattar il-flessibiltà fl-aċċess għat-tagħlim.

Il-kap eżekuttiv ta’ l-istitut, Joanne Grima, qalet li dan se jagħmilha iktar flessibbli għall-edukaturi li jixtiequ jaġġornaw il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom, iżda kienu ristretti biex jagħmlu dan minħabba l-impenji tagħhom.

“Hemm partijiet tal-korsijiet minnhom online u oħrajn li m humiex, però għandna wkoll Masters in Educational Leadership li huwa kompletament online,” tfisser Grima. “Hemm ukoll min jikkritika u jgħid li allura l-interazzjoni bejn in-nies se tispiċċa? Nassigruak li le għax il-mod kif inhu iddisinjat il-kors mhux se jħalli lil dan jiġri.”

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-proġett se jżid l-aċċessibiltà għat-tagħlim, u li jittama li l-edukaturi jkunu jistgħu jaġġornaw il-ħiliet tagħhom biex jilħqu l-miri internazzjonali u Ewropej.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, qal li t-trasformazzjoni diġitali qed iġġib bidliet fid-deċiżjonijiet li nieħdu u l-istil ta’ ħajja li qed ngħixu. Qal li Malta qed tkun pijunier f’industriji ġodda fl-era digitali, anki permezz ta’ fondi Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Armata nediet skema ġdida ta’ part-timers għall-membri li jirtiraw mill-forza regolari. Fi stqarrija, l-Forzi Armati qalu li din l-iskema se tinfetaħ għall-membri li waslu għall-proċess ta’ irtirar u anke għal eks membri li m’ilhomx iktar minn tliet snin…

Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Aktar