Lokali
L-għalliema qed jiġu infurmati bil-paga ogħla li se jieħdu minn Frar

Mix-xahar id-dieħel, aktar minn 7,000 edukatur fl-iskejjel tal-Istat se jaraw żieda fil-pagi tagħhom. Dan kien ikkomunikat lilhom b’ittra li ntbagħtet mill-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-allowances.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni qal lil Television Malta li l-allowances mhux biss jinkludu titjib finanzjarju, imma jipprovdu wkoll l-opportunità lill-edukaturi biex jimxu ‘l quddiem fil-karriera f’anqas żmien.

Aktar minn 7,000 edukatur fl-iskejjel tal-Istat bdew jagħmlu l-kontijiet dwar kif marru bil-ftehim kollettiv il-ġdid hekk kif irċevew ittra mill-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar iż-żieda fis-salarji tagħhom, li se tkun riflessa mix-xahar id-dieħel.

Il-ftehim, barra żieda fil-paga, jipprovdi għal sensiela ta’ allowances, fosthom biex ikunu kkumpensati għal materjal li kienu jħallsu minn buthom, biex ikollhom ir-riżorsi tat-tagħlim fil-klassijiet.

Is-Segretarju Permanenti Frank Fabri qal li ”bil-work resources fund qed nindirizzaw din il-problema għall-ewwel darba u jidher ċar mir-rispons li qed ikollna, li dan huwa pożittiv ħafna.”

Is-Segretarju Permanenti, Frank Fabri kompla jgħid li l-LSAs u l-Kindergarten Assistants, se jkollhom l-opportunità li jidħlu fi grad ġdid, u saħansitra jibqgħu tilgħin sa kap tad-dipartiment fis-settur li jispeċjalizzaw fih.

Allowance ġdid ieħor huwa dak li se jingħata, bħala apprezzament, lill-għalliema li jkunu ilhom jgħallmu 20 sena. Il-ftehim jipprovdi wkoll biex l-għalliema jimxu b’pass aktar mgħaġġel fil-karriera tagħhom.

Dawk l-għalliema li fuq inizjattiva volontarja jinvestu fit-taħriġ tagħhom u jakkumulaw 360 siegħa fuq perjodu ta’ 6 snin, minflok jistenna 8 snin biex jipprogressa, se jipprogressa f’6 snin u allura jkun qed jirbaħ sentejn fiċ-ċiklu tal-progressjoni tiegħu.

Dr Fabri qal li l-ftehim ħaseb ukoll fis-supply teachers.

Lis-supply teachers se nkunu qed noffrulhom taħriġ partikolari għalihom biex jekk jirnexxielhom jiggradwaw minn dan it-taħriġ, huma se jiġu għalliema regolari.

Huwa spjega li meta edukatur jiċċaqlaq minn skola tal-Knisja jew Indipendenti għal skola tal-Istat, is-snin li jkun għamel mhumiex se jintilfu imma se jibdew ikunu rikonoxxuti. Dr Fabri qal li dawn il-benefiċċji u oħrajn huma mmirati biex aktar żgħażagħ jitħajru jidħlu f’din il-professjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-eks Ministru Tonio Fenech instab ħati ta’ malafama f’kawża ta’ libell li saret kontrih mill-Avukat Martin Fenech, is-Sur Joseph Cordina u s-Sur Charles Scerri dwar allegazzjonijiet li kien għamel fil-konfront…

Lokali

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ffirmat l-att li jemenda l-liġi għall-Protezzjoni tal-Embirjuni u qalet li dan għamlitu b’lealtà biss lejn il-Kostituzzjoni u l-proċess demorkatiku. Il-liġi għaddiet jumejn ilu b’34…

Lokali

Malta tilfet il-kawża fil-Qorti Ewropea fil-Kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra kontra l-applikazzjoni ta’ deroga minn Malta għall-insib fuq seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana fl-istaġun tal-ħarifa. Għalkemm id-deċiżjoni mhix appellabbli, il-Gvern qal…

Lokali

Għall-Caritas kien jum ta’ ċelebrazzjoni b’għaxar persuni ddikjarati ħielsa mid-droga wara li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas, fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-grupp li inkluda 3…

Aktar