Politika
‘L-għan ewlieni tagħna huwa l-ġid tal-poplu u tal-pajjiż’ – Dr Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-proposti tal-Oppożizzjoni għal governanza tajba huma dak li sejjaħ il-blueprint biex fl-istituzzjonijiet jerġa jkun hawn l-integrita’ u d-demokrazija. F’attivita’ politika f’Birkirkara, Dr Delia qal li mingħajr istituzzjonijiet demokratiċi u indipendenti, ma jistax ikun hawn is-saltna tad-dritt. Sostna li l-għajta tal-poplu fis-snin tmenin għal Xogħol, Ġustizzja u Liberta’ għal darb’ oħra reġa’ għandha rilevanza taħt Gvern Laburista. Allega li l-Gvern ħataf kollox għall-użu ta’ ftit kriminali u issa anke x-xogħol hu mhedded.

Dr Delia qal li ma jistax ikollok pajjiż li sejjer tajjeb imma ma jkollux ġustizzja u liberta’, ghax il-ġid ma jasalx għand iċ-ċittadini għax jinħataf minn ftit nies. Qal li l-Partit Nazzjonalista ippreżenta l-proposti li jinkludu li l-kariga ta’ President tar-Repubblika tkun iżjed b’saħħitha. Dr Delia irrefera ghad-diskors tal-President George Vella f’Jum ir-Repubblika li skont il-kellie, iddikjara li l-Gvern inħataf minn gang ta’ ħallelin. Qal li jekk il-President ikollu iżjed saħħa, f’każ fejn qal ikun hemm Prim Ministru li li fi kliemu ikun tirann, il-President jkun jista jintervjeni b’mod effettiv.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-proposta l-oħra biex il-membri parlamentari li mhumiex fil-kabinett jiġbdu l-attenzjoni tal-Gvern. Kompla jgħid li m’għandu l-ebda serħan tal-moħħ li Robert Abela u Chris Fearne, li sa għaxart ijiem ilu, taw fiduċja lil Joseph Muscat, vermaent jemmnu fis-saltna tad-dritt.

Dwar il-qrati, Dr Delia qal li dawn ukoll inħatfu mill-Gvern, bil-ħatriet tal-ġudikatura jsiru fuq għażliet politiċi. Tkellem ukoll dwar l-Avukat Ġenerali. Qal li l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hu fost l-iżjed istituzzjoni li nħatfet u xxejjnet.

Il-Kap Nazzjonalista irringrazzja lill-forzi tal-ordni, pulizija u suldati li verament jagħmlu xogħolhom. B’referenza għall-Kummissarju tal-Pulizija, Dr Delia qal li jekk għandu farka diċenza jrid jifhem x’għamel u jerfa’ r-responsabbilita’. Qal li fuq ħaġa waħda biss qablu Abela u Fearne li ineħħu lill-Kummissarju, imma staqsa fejn kienu dawn meta setgħu jitkellmu biex jitneħħa u ssir ġustizzja.

Dr Delia semma t-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista u irringrazzja lill-media kollha li qal għamlet xogħolha u stedinha tibqa’ tikkritika anke lilu fejn hemm bżonn ghax qal hi r-raba’ pilastru tad-demokrazija.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Opożizzjoni Nazzjonalista ppreżentat abbozz ta’ liġi dwar il-Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal fi stqarrija li l-abbozz jipproponi tibdil fil-liġi u l-kostituzzzjoni biex il-Kummissarju tal-Pulizija jibda jinħatar bl-approvazzjoni…

Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-karozzi tal-linja tal-futur mistennija jaħdmu bl-elettriku u konxja minn dan, il-Malta Public Transport b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Slovena, TAM varat l-ewwel karozza ta’ dan it-tip f’Malta. Il-General Manager tal-kumpanija, Konrad Pule qal…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Aktar