Lokali
L-Għanja tal-Poplu – immirata wkoll għaż-żgħażagħ

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2018 ittellgħet fit-tmiem il-ġimgħa, fit-Teatru ta’ San Benedittu ġewwa Ħal Kirkop. Il-kantanti parteċipanti  kellhom bejn il-11 u s-16-il sena. Il-festival ittella’ bil-għan biex minn sena għall-oħra ż-żgħażagħ ikollhom iktar sehem fil-kitba u l-kompożizzjoni ta’ kanzunetti bil-Malti immirati għaż-żgħażagħ.

Il-Kanzunetta ‘Il-Ħolma’  kantanta minn Riona Degiorgio fuq kliem ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Dominic Cini kisbet il-premju tal-aħjar kanzunetta interpretata minn kantanta mis-sezzjoni ta’ età minn 11 sa 12-il sena.

Il-kanzunetta ‘Dwell’   interpretata minn Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Dario Bezzina,  kienet  l-aħjar kanzunetta fil-kategorija minn 13 sa 16-il sena u  rebħet din l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ.

Il-kantanti kienu akkumpanjati minn ensemble mill-Malta Concert Orchestra, taħt it-tmexxija tal-Maestro Joe Brown. Corazon Mizzi flimkien maż-żgħażagħ Kayley Cuschieri u Nathan Aquilina ppreżentaw il-festival.

Intant il-mistiedna speċjali kienu il-Maestro Vincenzo Sorrentino mill-Italja li dderiġa l-ensemble għal tliet kantanti żgħażagħ Taljani promettenti Francesco Puzo, Rosario Lanzara u Luca Rossin.

L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni , l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ u l-MCAST. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza offriet is-servizz ta’ ensemble ta’ 16-il mużiċist, filwaqt li PBS xandar dan il-festival live mit-Teatru ta’ San Benedittu, Ħal Kirkop.

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Negozjant Taljan li allegatament qarraq b’żewġ kumpaniji tal-kostruzzjoni u ffrodahom ekuf ta’ ewro baqa’ miżmum arrestat wara li m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrieh. Angelo Distefano ta’ 32 sena li huwa direttur…

Lokali

Erbat’ijiem oħra Ela Mangion titlaq lejn Minsk fil-Belarus biex bil-kanzunetta Marchin’ On tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest. Il-250 studenta, l-għalliema u l-kap tal-iskola sekondarja Immaculate Conception f’Ħal Tarxien,…

Qorti

Raġel minn Tal-Pietà weħel multa talli xerred filmat pornografiku li fih kien hemm l-eks sieħba tiegħu. John Ebejer ta’ 37 sena ġie akkużat li xerred il-filmat onlajn li juri lilu…

Aktar