COVID-19
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tanalizza mill-ġdid l-emerġenza globali tal-Covid-19

Sitt xhur wara li ddikjarat emerġenza globali ta’ saħħa pubblika, il-kumitat tal-emerġenzi tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, WHO, se jiltaqa’ sabiex jerġa’ janalizza l-pandemija tal-Covid-19.

Li hu magħruf fiċ-ċert hu li l-emerġenza globali se tibqa’ fis-seħħ. Id-diskussjoni mistennija tiffoka fuq x’jista’ jsir aktar sabiex titrażżan l-imxija.

Meta f’Jannar li għadda, il-WHO iddikjarat emerġenza globali, barra miċ-Ċina kien hemm inqas minn 100 każ irreġistrat ta’ Covid-19 u l-ebda mewt.

It-tama kienet li l-miżuri ta’ lockdown kienu se jtemmu l-pandemija iżda malli l-pajjiżi bdew jillaxkaw ir-restrizzjonijiet, il-coronavirus reġa’ beda jinfirex.

Sal-lum madwar id-dinja ġew irreġistrati 17,312,025 każ ta’ Covid-19. Skont is-sit Johns Hopkins, minnhom s’issa rkupraw 10,148,826 u mietu 673,527.

L-Istati Uniti għandhom l-ogħla ammont ta’ każi ta’ coronavirus b’total ta’ 4,495,015. Minnhom s’issa rkupraw 1,414,155 u mietu 152,070.

Bit-tieni l-ogħla ammont ta’ każi ta’ Covid-19 fid-dinja hemm il-Brażil b’total ta’ 2,610,102. Minnhom s’issa rkupraw 1,956,807 u mietu 91,263.

Fit-tielet post hemm l-Indja fejn il-każi ta’ coronavirus laħqu 1,638,321. Minnhom s’issa rkupraw 1,057,011 u mietu 35,743.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Barranin

Il-Qorti għolja Ingliża qalet li l-kumpannija tal-linja tal-ajru Virgin Atlantic se tfalli jekk il-kredituri tagħha ma japprovawx ftehim ta’ 1.2 biljun lira sterlina biex isalva lill-kumpannija. Skont l-avukati tal-linja tal-ajru,…

Barranin

Queensland fl-Awstralja estendiet l-għeluq tal-fruntiera minn ma’ New South Wales u l-Australian Capital Territory bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. L-istat ta’ Victoria huwa magħluq meqjus bħala l-epiċentru tat-tieni mewġa tal-virus,…

Aktar